Fil-Premier League Ingliż, Liverpool rebħu l-aqwa partita tal-ġurnata meta fid-derby ta’ Merseyside warrbu l-isfida ta’ Everton bl-iskor ta’ 4-1. Iżda Chelsea baqgħu jżommu l-ewwel post meta għelbu lil Watford 2-1.
Everton v Liverpool – Liverpool marru Goodison Park u rebħu lir-rivali eterni, Everton 4-1. L-iskorers kienu Jordan Henderson (9), Mohamed Salah (19, 64) u Diogo Jota (79). Għal Everton skorja Demarai Gray (38).
Watford v Chelsea – Il-leaders Chelsea għelbu lil Watford 2-1 b’goals minn Mason Mount (29) u Hakim Ziyech (72) filwaqt li Emanuel Dennis (43) wieġeb għal Watford.
Aston Villa v Man City – Manchester City ukoll rebħu 2-1 għand Aston Villa bl-iskorers ikunu Ruben Dias (27) u Bernardo Silva (43). Ollie Watkins skorja għall-Villans (47).
West Ham v Brighton – Goal ta’ Neal Maupay (89) salva r-riżultat għal Brighton fid-draw ta’ 1-1 kontra West Ham wara li fetħu l-iskor minn Tomas Soucek (5).
Wolves v Burnley – Din il-partita kienet l-unika waħda li ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals.
Southampton v Leicester – Southampton u Leicester spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Jan Bednarek (3) u Che Adams (34) skorjaw għas-Saints filwaqt li Jonny Evans (22) u James Maddison (49) wieġbu għall-Foxes.