Tuesday, April 23, 2024

Mart il-baruni El Chapo teħel tliet snin ħabs fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Qorti fl-Istati Uniti tal-Amerika tat sentenza ta’ tliet snin ħabs lil mart il-baruni tad-droga Messikan Joaquin “El Chapo” Guzman wara li din wieġbet ħatja għall-akkużi li għenet lit-traffikanti tad-droga Sinaloa. 

Qabel ingħatat is-sentenza ġewwa qorti federali f’Washington, Emma Coronel Aispuro ta’ 32 sena talbet lill-imħallef biex juri ħniena magħha. Hija qalet li jiddispjaċiha bil-kbir għall-ħsara li għamlet u talbet apoloġija liċ-ċittadini kollha. Hija tenniet, permezz ta’ interpretu Spanjol, li wisq tibża’ li l-imħallef se jsibha diffiċli biex juri ħniena magħha peress li hija mart Guzman, iżda hija talbitu biex minkejja dan juri ħniena magħha. 

F’Ġunju li għadda Coronel wieġbet ħatja għal akkużi ta’ tqassim tad-droga, ħasil ta’ flus u involviment ma’ Sinaloa. 

Il-prosekuzzjoni kienet qiegħda titlob erba’ snin ħabs u hi tkun qiegħda tati lura s-somma ta’ $1.5 miljun.  

Sport