Sunday, December 22, 2024

Liverpool jisħqu li l-integritá sportiva ġiet imminata mill-VAR

Aqra wkoll

Liverpool sostnew li “l-integrità sportiva ġiet imminata” mill-iżbalji kontroversjali tal-VAR fit-telfa ta’  2-1 fil-Premier League kontra Tottenham, nhar is-Sibt li għadda.

Fost ħafna deċiżjonijiet oħra, il-VAR naqas milli jdawwar dik żbaljata li ma jikkonfermax il-goal tal-winger ta’ Liverpool, Luis Diaz, minħabba offside ineżistenti.  

Fi stqarrija maħruġa il-Ħadd filgħaxija, il-club qal li se “jesplora l-firxa ta’ għażliet disponibbli minħabba l-ħtieġa ċara ta’ eskalaz­zjoni u riżoluzzjoni”.

L-uffiċjali tal-VAR twaqqfu mid-dmirijiet għall-kumplament ta’ tmiem il-ġimgħa.

Il-PGMOL, il-korp governattiv għar-refe­rees, qal li d-deċiżjoni ma kinitx ħlief “żball uman sinifikanti”.

Liverpool saħqu li din l-ispjegazzjoni hija “inaċċettabbli” u sejħu għal “reviżjoni bi trasparenza sħiħa”.

Il-PGMOL ammettew li l-uffiċjal tal-VAR Darren England u l-assistent Dan Cook naqsu milli jaġixxu meta, fl-34 minuta, Diaz irċieva l-ballun u baqa’ javvanza biex eventwalment skorja, li kien f’pożizzjoni leġittima. 

Il-filmati wrew biċ-ċar li d-difensur ta’ Tottenham, Cristian Romero, żamm lil Diaz onside. 

Huma sostnew li dan il-goal wasal meta l-iskor kienu għadu dak ta’ 0-0, li iżda, Liverpool kienu qed jilagħbu b’10 players wara li Curtis Jones tkeċċa b’mod kontroversjali. 

Filwaqt li r-referee wera l-karta s-safra lil Jones għal foul mhux intenzjonat fuq il-player avversarju, Yves Bissouma, il-VAR dawwar din id-deċiżjoni għal karta ħamra.  

Barra minn hekk, fid-69 minuta, Liverpool spiċċaw jilagħbu b’disa’ players meta Diogo Jota ntwera t-tieni karta safra. Iżda l-ewwel ammonizzjoni ntweriet għalxejn minħabba li l-player ta’ Tottenham, Destiny Udogie, waqa’ waħdu mingħajr l-ebda kuntatt wara li tfixkel f’sa­qajh stess … bil-filmati juru biċ-ċar din l-azzjoni. 

L-istess Udogie – li fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima ntwera karta safra – wara li waqa’ f’saqajh stess deher  (fil-filmati) jagħmel sin­jal lir-referee biex juri l-karta safra lil Jota. Bir-regoli l-ġodda din il-mossa hija offiża ta’ karta safra … u għaldaqstant f’dak il-mument ir-referee kien messu wrieh il-karta s-safra (li kienet tkun it-tieni waħda għalih) bil-konsegwenza li kellu jitkeċċa … iżda kien kollox normali għar-referee, Simon Hooper.  

Eżatt wara l-partita, il-PGMOL ħarġu stqar­rija li kienet tgħid: “Il-goal ta’ Luis Diaz ġie mħassar għal offside mit-team tal-uffiċjali tal-logħba fil-ground. Dan kien żball fattwali ċar u ovvju u kellu jirriżulta fl-għoti tal-goal permezz tal-intervent tal-VAR. Madankollu, il-VAR naqas milli jintervjeni.

“Għaldaqstant nitolbu apoloġija.”

Iżda Liverpool ma aċċettawx din l-apoloġija.

Ekonomija

Sport