Saturday, September 14, 2024

Liverpool mhux se jħallu lil Alex Oxlade-Chamberlain jingħaqad ma’ Arsenal

Aqra wkoll

Liverpool informaw lil Arsenal li mhumiex lesti li jħallu lil Alex Oxlade-Chamberlain jirritorna l-Emirates Stadium bl-irħis.

Dan il-player ta’ 28 sena riċentement ġie marbut ma’ ritorn sorprendenti ma’ Arsenal, fejn qatta’ sitt staġuni qabel ma ngħaqad mar-Reds fi trasferiment ta’ £35 miljun f’Awwissu 2017.

Oxlade-Chamberlain tħabat biex jibda mal-ewwel 11 f’Anfield u jingħad li huwa ħerqan li jerġa’ jingħaqad ma’ l-ex sieħbu Mikel Arteta, li issa huwa responsabbli mill-Gunners.

L-Ingliż għad fadallu 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool, madankollu, u r-Reds huma ħerqana li jirkupraw biċċa kbira mis-somma li ħallsu lil Arsenal għall-akkwist tiegħu.

Arsenal jistgħu jikkunsidraw li jakkwistaw lil Oxlade-Chamberlain bi ftehim inizjali ta’ self f’Jannar bil-ħsieb li l-mossa ssir permanenti fis-sajf.

Ekonomija

Sport