Wednesday, August 20, 2025

Liverpool mistennija jħallu lil Rodrygo u juru fiduċja fi Chiesa

Aqra wkoll

Liverpool kienu rrappurtati interessati fil-Brażiljan Rodrygo, li jidher li jista’ jitlaq lil Real Madrid dan is-sajf. Madankollu, wara l-wirja ta’ Federico Chiesa kontra Bournemouth, fejn daħal mill-bank u skorja fir-rebħa ta’ 4-2, il-gazzetti Ingliżi sostnew li l-plejer Taljan se jibqa’ f’Anfield.

Din l-aħbar tfisser li Liverpool probabbilment mhux se jsegwu aktar lil Rodrygo, għax Chiesa kkonferma ruħu bħala parti importanti fil-pjanijiet ta’ Arne Slot għat-tim tal-Premier League.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport