Liverpool qed jippjanaw li dalwaqt joffru kuntratt ġdid lil Sadio Mane, għalkemm mhux mistennija jonfqu wisq fuq dan.
Il-player ta’ 30 sena fadallu ftit aktar minn 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu bħalissa, li se jiskadi fi tmiem l-istaġun li ġej.
Il-player Senegaliż baqa’ parti konsistenti mill-iskwadra ta’ Jurgen Klopp f’dan l-istaġun, fejn deher fi 28 logħba tal-Premier League, u skorja 13-il goal.
Liverpool issa qed iħejju biex joffru estensjoni lil Mane, fejn huwa jidher li jrid jibqa’ jilgħab f’Anfield, għalkemm it-taħditiet bejn iż-żewġ naħat għadhom ma bdewx.
Huwa maħsub li l-winger iħoss li għandu jikseb estensjoni ta’ kuntratt ta’ qligħ minħabba l-wirjiet tiegħu, u kwalunkwe ftehim ġdid potenzjali se jkun diskuss bir-reqqa ma’ Mane nnifsu.
Jidher li Fenway Sports Group qed joqogħdu attenti bħalissa biex joffru offerti fit-tul kemm lil Mane kif ukoll lil Mohamed Salah minħabba l-età tagħhom.