Sunday, December 22, 2024

Liverpool qed jipprovaw jikkonvinċu lil Borussia Dortmund biex iċedu lil Jude Bellingham

Aqra wkoll

Hekk kif jinsabu viċin li jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Urugwajan, Darwin Nunez, mingħand Benfica, Liverpool qed jipprovaw jikkonvinċu lil Borussia Dortmund biex iċedu lill-midfielder internazzjonali Ingliż, Jude Bellingham.

Fil-ġimgħat li għaddew, il-club Ġermaniż kien saħaq li dan il-player ta’ 18-il sena mhuwiex għall-bejgħ wara li ċedew lil Erling Haaland lil Manchester City.

Ir-Reds iridu lil Bellingham biex jieħu post Jordan Henderson li għandu 31 sena.

Aktar minn hekk, Liverpool iridu jiftħu negozjati ma’ Leeds United fit-tentattiv li jiffirmaw lil Kalvin Philips biex ikun is-suċċessur ta’ Fabinho.

Ekonomija

Sport