Wednesday, July 24, 2024

Liverpool u Man Utd itemmu fi draw diżappuntanti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals mir-rivali eterni, Manchester United, biex fallew żewġ u Arsenal ħadulhom posthom fil-quċċata tal-klassifika grazzi għar-reb­ħa ta’ 2-0 fuq Brighton.

Liverpool v Man Utd – Dik li kellha tkun l-aqwa partita tal-ġimgħa, bejn Li­verpool u Manchester Uni­ted, iddiżappuntat bil-kbir hekk kif intemmet fi draw ta’ 0-0.

Iż-żewġ timijiet kel­lhom bosta players regolari neqsin u l-partita fiha nnifisha ma ħolqot l-ebda emozzjoni … bir-Red Devils jinżlu b’tattika difensiva li rnexxiet fil-massimu tagħha għax jekk Liverpool gawdew mill-pussess … ma rnexxielhomx jiskorjaw.

Fil-ħin miżjud, il-United kellhom lil Diogo Dalot imkeċċi għal żewġ karti sofor. 

Arsenal v Brighton – Arsenal irreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta laqgħu lil Brighton u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

Fl-ewwel taqsima, il-Gun­ners ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja hekk kif Brighton kienu ferm organizzati.

Iżda fit-tieni taqsima, Arsenal skorjaw darbtejn mingħajr risposta.

Iż-żewġ goals waslu permezz ta’ Gabriel Jesus (53) u Kai Havertz (87) li finalment sikket il-kritiċi tiegħu. 

Brentford v Aston Villa – F’partita li kien fiha minn kollox saħansitra ġlied bejn iż-żewġ settijiet ta’ players, Aston Villa rnexxielhom jiksbu t-tliet punti meta barra minn darhom għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-1.

Kien dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Keane Lewis-Potter (45). Iżda t-tkeċċija ta’ Ben Mee (71) dawret il-logħba favur il- Villans. 

Huwa kkommetta foul fuq Leon Bailey fejn intwera l-karta s-safra … iżda wara li ntervjeniet il-VAR, intbagħat jinħasel kmieni!

Aston Villa approfittaw minn din is-superjoritá numerika biex skorjaw darb­tejn minn Alex Moreno (77) u Ollie Watkins (85) filwaqt li fil-ħin miżjud tkeċċielhom Boubacar Kamara. 

West Ham v Wolves – West Ham laqgħu lil Wolves u rebħulhom 3-0, bil-protagonista jkun Mohammed Kudus (22, 32) li skorja doppjetta bil-goal l-ieħor jasal minn Jarrod Bowen (74).

Ekonomija

Sport