Liverpool sfaw umiljati minn Brighton meta dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.
Huwa fatt li Liverpool għandhom xejn inqas minn tmien players li qed jirkupraw minn injury iżda dan ma jneħħi l-ebda mertu ta’ din ir-rebħa kbira tas-Seagulls.
Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għat-team immexxi minn Jurgen Klopp.
Il-protagonista ta’ din ir-rebħa kien Solly Marsh (46, 53) li skorja doppjetta bil-goal l-ieħor jasal minn Danny Welbeck (82).