Friday, August 21, 2026
Home Sport ll-Malta FA tippubblika l-fixtures tal-kampjonat inferjuri

ll-Malta FA tippubblika l-fixtures tal-kampjonat inferjuri

0
68

Il-Malta FA ħarġet il-fixtures tal-BOV Challenge League, il-BOV National League I, il-BOV National League II sa tmiem Diċembru u l-Assikura Women’s League sa tmiem Novembru.

Il-BOV Challenge League jibda fit-12 ta’ Settembru, il-BOV National League I fit-18 ta’ Settembru u l-BOV National League II fil-11 ta’ Settembru. L-Assikura Women’s League tibda fis-17 ta’ Settembru.

Wara l-waqfa tal-Milied, il-BOV Challenge League jerġa’ jibda fid-9 ta’ Jannar filwaqt li l-BOV National League terġa’ tibda fit-8 ta’ Jannar. L-Assikura Women’s League jerġa’ jibda fl-14 ta’ Jannar.

Il-logħbiet tal-FA Trophy huma skedati li jintlagħbu f’Diċembru filwaqt li n-National Cup tintlagħab bejn it-2 u l-4 ta’ Ottubru, it-23 u l-25 ta’ Ottubru u s-17 u t-18 ta’ Novembru.

Ħarġu wkoll il-fixtures għall-Matchdays 1 sa 7 tal-BOV Youth League A u B u l-jiem tal-logħbiet 1 sa 9 tal-Assikura Women’s Youth League. Il-fixtures tal-BOV Youth League C u D se jiġu ppubblikati aktar tard.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here