Friday, November 22, 2024

Lockdowns fl-Ewropa jwasslu għal protesti vjolenti fit-toroq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat komplew il-protesti fl-Olanda kontra miżuri restrittivi li kellhom jittieħdu minħabba żieda fil-firxa tal-każi tal-Covid-19 fl-ewropa.

Fi protesti kontra l-lockdown, dawk preżenti nġabru fil-belt ta’ The Hague, lejl wara protesti oħra f’Rotterdam. Il-protesti qegħdin jispiċċaw iwasslu għal vjolenza u l-pulizija saħansitra kellha tuża armi tan-nar biex tikkalma s-sitwazzjoni.

Eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw f’pajjiżi oħra bħalma huma l-Awstrija, il-Kroazja u l-Italja u dan b’reazzjoni ta’ rabja għall-introduzzjoni ta’ miżuri restrittivi.

Il-kelliem għall-Organzzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) Hans Kluge qal li ma jkunx għal għal dawn il-miżuri restrittivi, aktar minn nofs miljun mewt oħra jistgħu jiġu rreġistrati sar-rebbiegħa.

“Il-Covid-19 għal darba oħra qiegħed jiżboq il-kawżi ta’ mwiet fir-reġjun, nafu xi rridu nagħmlu biex niġġildulu u għalhekk fost prekawzjonijiet oħra jeħtieġ li nitlaqqmu, nilbsu l-maskri u nużaw iċ-ċertifikati tal-vaċċin”, ikompli Kluge.

Riċentament numru ta’ pajjiżi fl-ewropa kellhom jintroduċu mill-ġdid miżuri restrittivi ħorox wara żieda qawwija fil-każi ġodda reġistrati.

Sport