Monday, April 22, 2024

“Sena mill-aħħar ħarsa u mill-aħħar kelma”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għaddiet sena! Sena mill-aħħar ħarsa u mill-aħħar kelma. Ma nistax insellimlek jekk mhux bil-kelma li int b’tant għożża wżajt. Ma nistax ninsa l-kelma li kienet dejjem f’moħħok imma nibtet l-ewwel f’qalbek. Il-kelma li biha dejjem ippruvajt twassal dak li xtaqt u emmint fih. Il-kelma tibqa’ u ma jista’ jħassarha ħadd.”

Hekk kitbet fuq il-profil tagħha kmieni dalgħodu Sara Brincat Ferriggi li għażlet biex tfakkar il-memorja ta’ missierha bi stil. Hija żżid tgħidlu li t-telfa tiegħu ma ħallitilhiex għażla, iżda minkejja dan kliemu se jibqa’ jidwi fiha, inklużi l-ħafna diskursati u tagħlimiet li setgħu żvolġew bejniethom matul is-snin.

Mhix għażla imma xorti li kliemek jibqa’ jidwi fija, u dan, tħallini ninsieh qatt.

Hija tagħlaq b’versi sbieħ li jfakkru fit-tbissima silenzjuża tiegħu ta’ bniedem umli li kont issibu dejjem lest biex jisma’ lil ħaddieħor u jagħmillu kuraġġ. Minn dik it-tbissima kienet toħroġ biss imħabba, bħal donnu mibegħda ma kienx jaf x’inhi.

“Pinġi tbissima u jekk tpinġiha tajjeb

żid magħha bewsa.

Miegħi dejjem xx“, temmet Sara.

Sport