Ħamrun SC temmew l-avventura tagħhom fil-Euro Winners Challenge 2026 fis-sitt post minkejja telfa ta’ 3-2 kontra l-Griegi ta’ Kefallinia AO BS fil-play-off għall-ħames u s-sitt post li ntlagħab f’Nazaré, il-Portugall.
Il-partita kienet waħda bilanċjata ħafna fejn Kefallinia fetħu l-iskor fit-tieni sessjoni permezz ta’ Katsoulis sabiex William ġab l-iskor indaqs għal Ħamrun.
Fil-bidu tat-tielet perjodu, l-istess William skorja t-tieni gowl personali tiegħu biex ġab l-iskor poġġa lit-tim Malti minn fuq. Madankollu, Faros wieġeb minnufih għal Kefallinia, filwaqt li Karakasis skorja l-gowl deċiżiv li ta r-rebħa ta’ 3-2 lit-tim Grieg.
Minkejja din it-telfa, Ħamrun jistgħu jħarsu lura b’sodisfazzjon lejn il-parteċipazzjoni Ewropea tagħhom hekk kif wara li rebħu l-logħbiet kollha tal-gruppi, waslu sal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni.



