Barceloneta temmew l-aspirazzjonijiet ta’ Ferencavraos li jirbħu t-tielet titlu konsekuttiv taċ-Champions League hekk kif għelbuhom bl-sikor ta’ 13-11 wara l-għoti tal-penalties, bil-goalkeeper tal-ġganti Spanjoli, Unai Aguirre, ikollu prestazzjoni mill-aqwa.
Fil-finalissima ta’ nhar is-Sibt huma se jkunu qed jaffrontaw lil Pro Recco, li fis-semi-finali l-oħra ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Olympiacos bl-iskor kbir ta’ 19-13.
Rimarkabbli huwa l-fatt li l-ammont ta’ gowls li huma skorjaw f’din il-partita (19) kien l-ogħla wieħed li qatt ġie rreġistrat f’semi-finali taċ-Champions League.



