Thursday, December 2, 2021

Titwaqqaf banda ġdida fi Gwardamanġia u Tal-Pietà

Aqra wkoll

Il-pandemija tal-Covid-19, minkejja r-restrizzjonijiet soċjali li ġabet magħha ma waqqfitx il-ħsieb u l-inizjattiva li titwaqqaf band ġdida fir-raħal ta’ Gwardamanġa u Tal-Pietà. 

Fil-fatt, il-banda ġdida ngħatat l-isem ta’ Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Fatima u ħadet surietha uffiċjalment nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru 2021 bil-ħatra ta’ l-ewwel kumitat tagħha.

Il-ħsieb wara t-twaqqif ta’ din is-soċjetà mużikali ġdida kien tfaċċa f’Awwissu tas-sena l-oħra iżda minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-imxija, dan l-inizjattiva ġiet posposta temporanjament.

Is-Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Fatima twaqqfet bħala għaqda awtonoma u indipendenti minn kull għaqda jew entità oħra fil-lokalità u l-għan ewlieni tagħha hu li tinxteret il-kultura mużikali fir-raħal ta’ Gwardamanġia u Tal-Pietà.

Sport