Grupp A – Guadalajara
KOREA T’ISFEL……………….. 2
REPUBBLIKA ĊEKA……………1
Il-Korea t’Isfel dawru telfa f’rebħa biex għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 2-1.
It-team immexxi mill-coach, Myung-Bo Hong, iddomina sa mill-bidu iżda ma setgħux jinfdu lid-difiża avversarja biex iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr goals.
Aktar minn hekk, fl-ewwel attakk denju tagħhom, fid-59 minuta, iċ-Ċeki fetħu l-iskor meta mit-throw-in fit-tul ta’ Vladimir Coufal, Ladislav Krejci għola bejn tliet difensuri Koreani u bir-ras xeħet fix-xibka.
Madankollu, il-vantaġġ tar-Repubblika Ċeka dam biss tmien minuti, hekk kif In-Beom Hwang kiseb il-paritá għall-Koreani meta mit-through pass ta’ Kang-In Lee, ikkontrolla tajjeb u pplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fis-77 minuta, iċ-Ċeki ħasbu li marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ free-kick, Tomas Soucek xeħet fix-xibka bir-ras iżda l-istess player kien senjalat f’pożizzjoni ta’ offside.
Fit-80 minuta, il-Koreani skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta s-sostitut Hyeon-Gyu Oh tefa’ ġewwa minn cross fil-baxx ta’ In-Beom Hwang
Din ir-rebħa tpoġġi lill- Korea t’Isfel bl-istess numru ta’ punti mal-Messiku, li fil-partita inawgurali għelbu lill-Afrika t’Isfel bl-iskor ta’ 2-0 … u jekk jibqgħu juru dan il-livell għoli u kwalitá teknika ta’ football, żgur li se jkompli javvanzaw f’dan it-tournament.
Korea t’Isfel: Kim Seung-Gyu, Lee Han-Beom, Kim Min-jae, Lee Tae-seok (Ji-Sung Eom 69), Seol Young-woo, Lee Gi-Hyuk, Hwang In-beom (Kim Jin-Gyu 84), Paik Seung Ho (Park Jin-Seob 84), Lee Jae-sung (Hwang Hee-Chan 62), Kang-in Lee, Son Heung-min (Hyeon-Gyu Oh 69) – Coach: Myung-Bo Hong
Rep. Ċeka: Matej Kovar, Stepan Chaloupek, Robin Hranac, Ladislav Krejci, Vladimir Coufal, Jaroslav Zeleny, Tomas Soucek, Alexandr Sojka (Mojmir Chytil 85), Pavel Sulc (Adam Hlozek 64), Patrik Schick (Tomas Chory 64), Lukas Provod (Michal Sadilek 64) – Coach: Miroslav Koubek
Referee: Amin Mohamed (Eġittu)
assistenti: Mahmoud Abouelregal, Ahmed Hossam Taha (Eġittu)
Raba’ Uff.: Juan Calderon (Costa Rica)
Skorers: L. Krejci 59 (RĊ); H. In-beom 67, O. Hyeon-Gyu 80 (KI)
Ammonit: L. Gi-Hyuk (KI)
Attendenza: 44,985



