Raġel ta’ 40 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tal-10.15am ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq Qasam Barrani, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Rav 4 misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti l-Mellieħa u mutur Next Mojito misjuq mir-raġel.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin



