Wednesday, July 24, 2024

Logħba mill-AFC Champions League ma saritx minħabba … statwa

Aqra wkoll

Hekk kif it-Tlieta kellha tintlagħab l-AFC Champions League, il-logħba bejn l-Iranjani ta’ Sepahan u s-Sawditi ta’ Al Ittihad ma saritx minħabba li d-diriġenti u l-plejer ta’ Sepahan ipprotestaw fuq statwa li kien hemm barra l-Nagsh-e-Jahan Stadium ta’ Ishfahan.

Fil-fatt din l-istatwa kienet ta’ Qassem Soleimani, ġeneral Iranjan li miet fl-2020 wara attakk bid-drones mill-Istati Uniti.

L-Iranjani talbu sabiex titneħħa din l-istatwa, talba li s-Sawditi m’aċċettawx.

L-AFC qed tinvestiga dan il-każ u se tagħti l-istqarrija tagħha fis-sigħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport