Sunday, December 22, 2024

Logħob tal-Commonwealth: Il-Judoka Katryna Esposito b’midalja tal-Bronz

Aqra wkoll

Il-Judoka Katryna Esposito rebħet midalja tal-bronż għal Malta f’Coventry Arena meta għelbet lil Priscilla Morand tal-Mauritius.

Esposito kkompetiet fl-avveniment ta’ -48kg kontra l-Ingliża Amy Platten li għelbet lil Maltija minn ippon għal skor finali ta’ 10-0.

Minkejja t-telfa, Esposito tat prestazzjoni tajba fir-repechage biex għelbet lil Ashleigh Anne Barnikel ta’ Wales, ukoll b’ippon liema bout dam 2 minuti 35 sekonda.

Dan ir-riżultat fisser li Esposito kkwalifikat għall-midalja tal-bronż fejn kellha tikkompeti kontra Priscilla Morand tal-Mauritius.

Intant, fl-NEC Arena, il-weightlifter Yazmin Zammit Stevens, li qed tagħmel it-tieni dehra tagħha fil-Logħob tal-Commonwealth, ikkompetiet fil-kategorija tan-Nisa 64kg.

Zammit Stevens spiċċat fis-sitt post fost grupp ta’ tnax-il atleta, Zammit Stevens tellat  83 kilo fl-avveniment ta’ snatch, wara li falliet l-ewwel tentattiv ta’ 81kg. Fl-avveniment clean and jerk, Zammit Stevens tellat total ta’ 103 kilogramma, wara li falla l-ewwel tentattiv ta’ 103.

Zammit Stevens kisbet total finali ta’ 186 kilogramma.

Din il-kompetizzjoni ntrebħet mill-Kanadiża, Maude Charron. B’101 kg u 130 kg fl-avvenimenti Snatch u Clean & Jerk hija tellgħet total ta’ 231 kilogramma. B’dan ir-riżultat irreġistrat rekord ta’ dan il-Logħob.

Ekonomija

Sport