Id-difensur ċentrali Franċiż Loic Bade issejjaħ bla mistenni mill-kowċ Didier Deschamps sabiex ikun parti mill-iskwadra li se tilgħab żewġ partiti mill-UEFA Nations League kontra l-Iżrael u l-Belġju rispettivament.
Bade kien ferm sorpriż bit-telefonata mingħand Deschamps u dan wara li kien impenjat fi tmiem din il-ġimgħa mal-klabb tiegħu Seville.
Bade issejjaħ wara li d-difensur ta’ Bayern Munich Dayot Upamecano weġġa’ mal-klabb tiegħu.