“Waqt li kien għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-interconnector, l-Enemalta esperjenzat ħsara f’wahda mit-turbini f’Delimara li wasslet għall-interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku f’diversi lokalitajiet”
Dan qalitu l-Enemalta f’messaġġ fuq Facebook, hija qalet li t-teknici għaddejjin bil-ħidma biex tingħata lura l-provvista fl-iqsar żmien li huwa teknikament possibbli.
Qalet ukoll li numru ta’ lokalitajiet diġa bdew jinxtgħelu lura.
Huma se jkunu qegħdin jagħtu aġġornamenti kontienwi.
Aktar kmieni: Diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex jesperjenzaw qtugħ ta’ dawl
Diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex jinsabu bla dawl. Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dawn il-ħsarat li wasslu biex il-pajjiż kollu spiċċa mingħajr provista tal-elettriku.
Din mhijiex l-ewwel darba li pajjiżna esperjenza qtugħ ta’ dawl, hekk kif f’Lulju tas-sena li għaddiet kellna ġranet sħaħ bla dawl.
Minħabba l-istess raġuni, l-Enemalta kienet qalet li se tibni impjant tal-enerġija temporanju biex jintuża f’każ ta’ emerġenza. Dan bil-għan li pajjiżna jkun jista’ jlaħħaq mad-domanda dejjem ikbar għall-elettriku.