Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: L-Olanda jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Polonja …….1

Olanda ……..2

L-Olanda bdew l-impenji tagħhom f’din l-edizzjoni fuq nota tajba meta għelbu lill-Polonja bl-iskor ta’ 2-1 minkejja li dawn tal-aħħar kienu l-aħjar team għal bosta ħinijiet.

Wara biss żewġ minuti, l-Olanda kienu għoddhom fetħu l-iskor meta Cody Gakpo pprova jqarraq bil-goalkeeper Pollakk, Wojciech Szczesny, meta xeħet lejn ir-rokna tax-xibka iżda daqstant ieħor kien tajjeb Szczesny li b’titjira dawwar f’corner.  

Peró, kienu l-Pollakki li marru fil-vantaġġ, fis-16-il minuta meta, mill-corner mogħti minn Piotr Zielinski, Adam Buksa għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras għeleb lill-goalkeeper Bart Verbruggen. Tliet minuti wara, l-Olanda għamlu reaz­zjoni iżda Szczesny salva bi tbatija t-tentattiv ta’ Virgil van Dijk li deher li kien se jispiċċa fix-xibka.

Madankollu, fid-29 minuta, l-Olandiżi kisbu d-draw meta x-xutt ta’ CODY GAKPO minn tarf il-kaxx ġie devjat minn Jan Bednarek li qarraq għal kollox b’Szczesny.

Iżda, fl-44 minuta, l-istess Gakpo falla ċans tad-deheb minn taħt il-lasti filwaqt li fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Memphis Depay, kien sfortunat meta għeleb lil Szczesny iżda l-ballun għadda ma’ sieq il-lasta. 

Fis-60 minuta, kien imiss lill-Polonja li jersqu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta l-cross ta’ Zielinski ġie kklerjat f’saqajn Nicola Zalewski fuq it-tieni lasta li venven xutt iżda Verbruggen salva b’siequ. 

Minkejja li l-Pollakki kienu territorjalment aħjar, kienu l-Olanda li ħarġu rebbieħa permezz ta’ goal li wasal, fit-83 minuta, meta Wout Weghorst kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Nathan Ake.  Fid-90 minuta, Verbruggen wettaq is-save tal-logħba meta salva l-kanutata ta’ Karol Swiderski.

Referee: Artur Soares Dias (Portugall)

Ekonomija

Sport