Friday, April 26, 2024

Lorenzo Insigne – “Hu ta’ diżappunt li Napoli telqulhom il-players”

Aqra wkoll

Waqt intervista li kellu ma’ stazzjon tar-radju Taljan, l-attakkant internazzjonali Taljan Lorenzo Insigne tkellem dwar in-numru ta’ players li telqu lil SS Napoli fl-aħħar tal-istaġun li għadda. Fil-fatt barra l-istess Insigne telqu wkoll Dries Mertens, Kalidou Koulibaly u Faouzi Ghoulam minn Stadio San Paolo.

Il-player li issa qed jilgħab ma’ Toronto FC sostna li hu ta’ dieqa kbira li diversi players telqu lil dan il-club. Biex jirrispondi għall-kritiċi li qalulu li mhux ħaġa komuni li titlaq tilgħab fil-Kanada ta’ 31 sena, hu qal li kien konxju tad-deċiżjoni li ħa u jinsab ħerqan sabiex jagħti l-kontribut tiegħu lit-team.

Sport