Sunday, November 24, 2024

Lothar Mattheus jgħid li Erling Haaland kien ħaqqu jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

Aqra wkoll

Il-leġġendarju ta’ Inter, Lothar Mattaeus, jemmen li Erling Haaland kien ħaqqu jirbaħ il-Ballun tad-Deheb aktar minn Lio­nel Messi: ‘Kienet farsa.’

L-eks stilla ta’ Inter u l-Ġermanja, rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb fl-1990, ma kienx kuntent li jara lil Messi jirbaħ dan l-unur għat-tmien darba fil-karriera tiegħu nhar it-Tnejn f’Pariġi.

“Haaland għamel aħjar minn Messi s-sena kollha,” qal l-eks player ta’ 62 sena lit-televiżjoni Ġermaniż kif ikkwotat minn ġurnal rinomat Taljan.

“Dan il-premju mhux mistħoqq u juri li t-Tazza tad-Dinja tgħodd aktar minn kollox. Għalija, ħadd ma kien aħjar minn Haaland, kien l-aqwa fl-aħħar 12-il xahar. Huwa rebaħ titli importanti ma’ Manchester City, fejn waqqaf rekord ta’ goals. Kienet farsa anke jekk dejjem kont partitarju ta’ Messi.”

Mattheus rebaħ ukoll il-Ballun tad-  Deheb wara li mexxa lil pajjiżu l-Ġermanja tal-Punent biex rebaħ Italia 90. L-eks stilla tan-Nerazzurri skorja 53 goal f’153 dehra għalihom bejn l-1988 u l-1992.

Huwa rebaħ titlu tas-Serie A fl-1988-89 u t-Tazza UEFA, illum l-Europa League, fl-1990-91.

Erba’ stilel tas-Serie A għamlu l-ewwel 30 fil-Ballun tad-Deheb tal-2023: Nicolò Barella, Lautaro Martinez, Khvicha Kvaratskhelia u Victor Osimhen. L-attakkant sar l-ogħla player Niġerjan ta’ Napoli li qatt sar, u spiċċa fit-tmien post.

Min-naħa ta’ Messi huwa rebaħ dan l-unur tant prestiġjuż, fl-2009, 2010, 2011, 2012, 2015, 2019, 2021 u proprju f’din is- sena. 

Sport