Għat-tielet sena konsekuttiva, Louis Agius se jkun qed jassumi l-irwol ta’ Team Manager ta’ Mqabba FC.
Louis għandu esperjenza kbira fil-futbol Malti f’diversi livelli; kemm bħala uffiċjal u kif ukoll bħala plejer. Fl-istaġun 1992/1993 lagħab bil-flokk ta’ Mqabba FC fejn ankè rebaħ il-promozzjoni għall-Kampjonat Premier.
Huwa liċenzjat bħala Team Manager wara li temm b’suċċess l-ewwel kors li sar mill-Malta Football Association.