Il-coach tal-Olanda, Louis van Gaal, ikkonferma li mhux se jibqa’ fit-tmexxija tat-team wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja wara t-telfa kontra l-Arġentina bl-iskor ta’ 4-3 bl-għotit tal-penalties wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 2-2.
Wara li l-Olandiżi rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals proprju fl-aħħar azzjoni tal-logħba biex kellha tmur għall-ħin barrani u anke għall-penalties, huma kellhom ibaxxu rashom wara li l-goalkeeper Arġentin, Emiliao Martinez, laqa’ l-penalites ta’ Virgil van Dijk u Steven Berghuis.
Huwa beda l-konferenza stampa ta’ wara l-logħba billi qal: “L-ewwel u qabel kollox mhux se nkompli bir-responsabbiltá tat-team nazzjonali. Kont diġá ħabbart li nieqaf wara l-avventura tat-Tazza tad-Dinja.
“Fl-20 partita li mexxejt li dan it-team, qatt ma tlift. F’din il-partita ma tliftx lanqas … il-penalties għamlu d-differenza.
“Irrid ngħid li kelli żmien mill-isbaħ … iva u ta’ uġiegħ kbir li sfajna eliminati b’dan il-mod …. għax għamilt minn kollox biex dan ma jseħħx
Kelli żmien mill-isbaħ u iva huwa ta’ uġigħ oerhört li nara kif ġejna eliminati. Partikolarment għax għamilt minn kollox biex dan ma jseħħx.
“Peró dak huwa l-football u rridu nirrispettaw ir-riżultat.”