Friday, July 24, 2026
Home Sport Luca Pellegrini jrid jilgħab ma’ Lazio

Luca Pellegrini jrid jilgħab ma’ Lazio

0
373

Il-winger Taljan Luca Pellegrini jixtieq jirritorna ma’ Lazio u jilgħab fi Stadio Olimpico matul l-istaġun li ġej. Hu għadu ġej minn perjodu ta’ self mingħand l-istess Biancocelesti fejn għalkemm lagħab seba’ logħbiet biss, ħassu ferm kuntent ma’ dan il-klabb.

Pellegrini bħalissa rritorna mal-klabb oriġinali tiegħu Juventus iżda ftit hemm ċans li jibqa’ hemm minħabba li l-kowċ Massimiliano Allegri m’għandux post għalih.

Pellegrini għandu 24 sena u f’dawn l-aħħar snin kien misluf lil Cagliari, Genoa u Eintracht Frankfurt.