Sunday, November 24, 2024

Luciano Moggi jattendi fl-aħħar laqgħa tal-azzjonisti ta’ Juventus

Aqra wkoll

Luciano Moggi attenda fl-aħħar laqgħa tal-azzjonisti ta’ Juventus, dehra sorpriża għal xi partitarji meta wieħed iqis li kien ġie sospiż minn kull attivitá tal-football. 

L-eks kap eżekuttiv serva wkoll bħala president tal-Bianconeri għal madwar għaxar snin qabel l-iskandlu ta’ Calciopoli, fl-2006, bil-konsegwenza li ġew relegati fis-Serie B.

Minn dakinhar qatt ma rritorna fil-club iżda kien “kummentatur tal-football mingħajr kliem”, ħafna drabi jikkummenta dwar kwistjonijiet madwar il-Bianconeri.

Huwa kien fil-laqgħa riċenti tal-azzjonisti tagħhom u huwa stess żvela għaliex attenda. Huwa ġie kkwotat li qal:

“Ma tantx nagħti kas dak li naqra fil-media. Jiena attendejt għax irrid nirringrazzja lil Agnelli … għax mhijiex faċli li tirbaħ disa’ titli konsekuttivi tas-Serie A.

“Dawn huma kisbiet diffiċli ħafna biex jiġi. U dawk minn wara l-kwinti jafu kemm huwa diffiċli biex tasal sat-tragward … speċjalment fi club li qatt ma ddefenda ruħu jew ma setax jagħmel dan … minħabba li huwa ġugarell f’idejn il-media. 

“Għadni qed niġġieled għal Calciopoli, ġejna identifikati bħala ħatja għal affarijiet li għamluhom ħaddieħor. 

“Għażiż president, irrid nagħtikom USB flash drive fejn tista’ tisma’ lill-president federali Carraro jgħid: ‘Fiorentina u Lazio m’għandhomx jiġu relegati’ u qabel logħba kontra Milan fl-2004 jgħidu: ‘Tgħinux lil Juventus.’

“Jekk reġgħu fetħu l-każ għall-qligħ kapitali, allura għandhom jagħmlu l-istess ma’ Calciopoli għax għadha ferita miftuħa għal kulħadd fil-club ta’ Juventus.”

Min-naħa tal-club, huwa qal li Moggi ma kienx president ħażin matul iż-żmien tiegħu, minkejja li l-club eventwalment  tneħħewlu żewġ titlu meta kien fil-presidenza tal-club. 

Sport