Ftit sigħat wara t-tkeċċija ta’ Luis Enrique, l-FA Spanjola ħabbret il-coach il-ġdid tat-team nazzjonali. Dan huwa Luis de la Fuente li kien fdat it-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena.
Din it-tħabbira ġiet bħala sorpriża minħabba li issa jidher li l-federazzjoni Spanjola kellha kollox ipproġettat.
De La Fuente se jiġi mħabbar u ppreżentat uffiċjalment nhar it-Tnejn li ġej.
Għaldaqstant l-ewwel żewġ logħbiet se jkunu kontra n-Norveġja u l-Iskozja, f’Marzu li ġej, validi mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 li l-fażi finali se tintlagħab fil-Ġermanja.