Friday, September 27, 2024

Luis Enrique b’botta fuq il-ġurnalisti sportivi

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Paris St Germain Luis Enrique qal li kieku l-klabb jipproponilu li jaqtgħulu ħamsin fil-mija tas-salarju tiegħu u ma jitkellimx mal-ġurnalisti lest li jagħmel dan.

L-eks kowċ ta’ Roma u tat-tim nazzjonali Spanjol qal li jkun hemm mumenti fejn wara logħba tant intensiva u stressanti, l-inqas ħaġa li jkollu aptit jagħmel hu li jkellem lill-ġurnalisti waqt konferenza stampa. Madankollu hu jaf li dan kollu mhux possibbli minħabba li fil-kuntratt tiegħu, hu għandu msemmi li jrid joqgħod għall-intervisti.

F’kumment ieħor, Luis Enrique qal li dan l-istaġun se jkun wieħed diffiċli għax diversi timijiet fil-futbol Franċiż saħħew sew l-iskwadri tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport