Il-kowċ ta’ Paris St Germain Luis Enrique iddefenda lill-goalkeeper Gianluigi Donnarumma wara l-iżball li għamel fil-partita mill-kampjonat Franċiż kontra Le Havre. L-eks goalkeeper ta’ AC Milan ra li kien se jitlef il-ballun u waqqa’ lill-attakkant ta’ Le Havre sabiex eventwalment ġie mkeċċi.
Enrique qal li dan kollu mhux tort ta’ Donnarumma biss iżda tad-dipartiment difensiv kollu.
Hu sostna li Donnarumma se jingħata ċ-ċans juri x’jaf fil-logħba kontra Borussia Dortmund li hi wkoll l-aħħar partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.