Paris St-Germain ħatru lill-Ispanjol, Luis Enrique, 53 sena, bħala l-coach il-ġdid tagħhom b’kuntratt ta’ sentejn. Huwa għandu kullana ta’ unuri u reputazzjoni internazzjonali mill-aqwa.
Wara li beda l-karriera tiegħu ta’ player ma’ Sporting Gijon huwa kompla ma’ Real Madrid, bl-ekx player versatili ħadha għal-livell li jmiss qabel temmha ma’ Barcelona.
Bħala coach huwa beda ma’ Barcelona B qabel ma mar ma’ Roma. Wara staġun ma’ Celta Vigo, l-Ispanjol eventwalment sab ruħu fuq il-bankina ta’ Barca, fejn rebaħ l-ewwel ftit titli tiegħu bħala manager.
Fl-istaġun 2014-15, rebaħ it-triple notevoli u storika, komposta mill-UEFA Champions League, La Liga u Copa del Rey, u ftit xhur wara ġew ikkumplimentati mis-Super Cup Spanjola u Tazza tad-Dinja tal-Clubs tal-FIFA.
Fl-2017 Enrique ħa t-tmexxija tat-team nazzjonali Spanjol minn Lulju 2018 sa Ġunju 2019, segwit mit-tieni perijodu minn Novembru 2019 sa Diċembru 2022.