Friday, November 15, 2024

Luis Rubiales sospiż mill-FIFA

Aqra wkoll

Is-Sibt il-president tal-FA Spanjola, Luis Rubiales, ġie sospiż minn kull attività relatata mal-footbal għal mill-inqas 90 jum wara li ġie sanzjonat mill-kumitat dixxiplinarju tal-FIFA.

Dan wara li wara li l-gvern beda proċeduri legali li jfittex u jissospendi lil Rubiales, wara li bies fuq fomm il-player Spanjola, Jenni Hermoso, wara li ġew ippreżentati bil-midalji tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa wara li għelbu lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 1-0. 

Madankollu Rubiales irrifjuta li jirriżenja minkejja pressjoni kbira wara l-imġieba inaċċettabbli tiegħu.

Il-FIFA ippubblikat stqarrija li kienet tgħid: “Il-president tal-Kumitat Dixxiplinari tal-FIFA, Jorge Ivan Palacio (Kolombja), bl-użu tas-setgħat mogħtija mill-artikolu 51 tal-Kodiċi Dixxiplinari tal-FIFA (CDF), illum qabel li jissospendi proviżorjament lis-Sur Luis Rubiales mill-attivitajiet kollha relatati mal-football fuq livell nazzjonali u internazzjonali.

“Din is-sospensjoni, li se tkun b’effett immedjat, testendi għal perjodu inizjali ta’ disgħin jum, u sakemm tiġi pproċessata l-proċedura dixxiplinarja miftuħa minn din il-Kummissjoni Dixxiplinari kontra s-Sur Luis Rubiales nhar il-Ħamis, 24 ta’ Awwissu.

“Bl-istess mod, il-president tal-Kumitat tad-Dixxiplina tal-FIFA sabiex jiġu ppreservati, fost fatturi oħra, id-drittijiet fundamentali tal-player tat-team nazzjonali tal-football, is-Sinjura Jennifer Hermoso u l-bon ordni tal-proċedura dixxiplinarja li tinsab għaddejja quddiem dan il-korp dixxiplinarju, ħarġet żewġ direttivi addizzjonali (l-artikolu 7 CDF) li bihom tordna lis-Sur Luis Rubiales biex jastjeni, permezz tiegħu jew terzi, milli jikkuntattja jew jipprova jikkuntattja lill-player professjonali tat-team nazzjonali Spanjol, is-Sinjura Hermoso jew terzi persuni oħra f’dan il-każ.

“Bl-istess mod, l-RFEF u l-uffiċjali jew l-impjegati tagħha, direttament jew permezz ta’ terzi, huma ordnati biex joqogħdu lura milli jikkuntattjaw lill-player profes­sjonali tat-team nazzjonali Spanjol is-Sinjura Hermoso jew lill-ambjent qrib tagħha.

“Id-deċiżjoni adottata mill-president tal-Kumitat tad-Dixxiplina tal-FIFA ġiet ikkomunikata llum lis-Sur Luis Rubiales, l-RFEF u l-UEFA, għall-konformità dovuta.

“Il-Kumitat tad-Dixxiplina tal-FIFA mhux se joffri aktar informazzjoni dwar din il-proċedura dixxiplinarja sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwarha.

“Il-FIFA ttenni l-impenn assolut tagħha li tirrispetta l-integrità tan-nies kollha u għalhekk tikkundanna bla ebda riservi kull imġieba mhux xierqa.”

Jum qabel, jiġifieri, nhar il-Ġimgħa li għadda, il-players tat-team nazzjonali Spanjol ħabbru li mhux se jilagħbu jekk Rubia­les ma jissottomettix ir-riżenja tiegħu.  

Ekonomija

Sport