Il-midfielder tal-Kroazja, Luka Modric, li f’Settembru li ġej jagħlaq 37 sena, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid b’sena oħra. Dan wara li kellu rwol ewlieni fir-rebħ ta’ La Liga u fil-UEFA Champions League.
Nhar it-Tnejn li għadda, huwa lagħab il-150 partita għal pajjiżu fid-draw ta’ 1-1 kontra l-Kroazja. Ta’ min jgħid li huwa ngħaqad mal-Madrileni 12-il sena ilu mingħand Tottenham Hotspur fejn b’kollox lagħab 436 partita li fihom rebaħ ħames darbiet il-UEFA Champions League u tliet darbiet il-kampjonat Taljan.
“Modric se jtemm il-karriera tiegħu ma’ Real Madrid,” qal il-coach ta’ Real, Carlo Ancelotti, f’April li għadda: “Ma nafx meta, imma dik hija l-idea ta’ kulħadd. M’hemm l-ebda problema li l-club jew il-management jestendu l-kuntratt tiegħu, dan huwa ċar.”