Wednesday, October 9, 2024

Luka Modric it-tieni l-aktar plejer li lagħab mat-tim nazzjonali fl-istorja

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd veteran Luka Modric qed ikompli jikteb l-istorja mhux biss fuq livell ta’ klabb iżda wkoll mat-tim nazzjonali Kroat. Hu kien fit-tim li fi tmiem din il-ġimgħa lagħab kontra l-Polonja, rebħu 1-0 u l-gowl rebbieħ ġie skorjat proprju mill-plejer ta’ Real Madrid.

Modric se jagħlaq 39 sena u għaqqad il-180 dehra mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu, li jiġi t-tieni plejer li l-aktar lagħab għal pajjiżu flimkien ma’ Sergio Ramos. Ovvjament Cristiano Ronaldo diġa’ għaqqad l-213-il dehra mat-tim nazzjonali Portugiż u hu ferm diffiċli li jintlaħaq.

Sport