Tuesday, December 24, 2024

Luke Montebello jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Frar

Aqra wkoll

Luke Montebello ta’ Ħamrun huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2024. Montebello qed ikollu staġun pożittiv ħafna fejn qiegħed fil-quċċata tal-klassifika tal-iskorers fil-BOV Premier League u rebaħ dan l-unur individwali għat-tielet darba dan l-istaġun u r-raba’ darba fil-karriera tiegħu.

L-attakkant tal-Ispartans kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala l-aqwa attakkant tal-Kampjonat BOV Premier bil-15-il gowl tal-istaġun fir-rebħa ta’ 4-0 ta’ Hamrun fuq Gudja. Montebello rċieva min għand Elionay Freitas, fejn qabeż żewġ difensuri u spara xutt fil-baxx fil-lasta biex fetaħ l-iskor għal Ħamrun.

Il-Plejer internazzjonali Malti reġa’ kien sab ix-xibka fir-rebħa ta’ 2-0 ta’ Ħamrun fuq Sirens, fejn irċieva l-ballun mingħand Steve Borg u mill-viċin tefa’ fil lasta għat-tieni gowl ta’ Ħamrun filwaqt li aktar kmieni fil-logħba pprovda l-assist lil Jonny biex it-tim tiegħu fetaħ l-iskor..

Montebello żied trofew ieħor fil-kollezzjoni tiegħu li rċieva mingħand Silvio Cassar, Manager fi ħdan il-Bank of Valletta. Id-donazzjoni tal-Bank of Valletta lil organizzazzjoni tal-karità tal-għażla tal-plejer marret għand ‘Ħamrun Ħanin’.

L-impenn bla waqfien tal-BOV lejn il-Komunità li jopera fiha huwa b’saħħtu ħafna f’din il-50 sena tal-operat tal-Bank u jkompli jippromwovi saħħa u benessri tajba permezz tal-appoġġ tiegħu għal inizjattivi sportivi f’Malta u Għawdex.

Ekonomija

Sport