Monday, May 13, 2024

Luke Shaw: “Ed Woodward ittratta lill-players ta’ Manchester United “bħal tfal” waqt taħdidiet dwar is-Super League”

Aqra wkoll

Luke Shaw qal li Ed Woodward ittratta lill-players ta’ Manchester United “bħal tfal ” waqt taħdidiet dwar is-Super League.

Ir-Red Devils kienu wieħed mit-12-il membru fundatur tal-proġett, li ntlaqat minn kontroversja kbira meta ġie mħabbar f’April.

Clubs Ingliżi rtiraw fi ftit jiem wara protesti minn partitarji u kritika minn players, managers u s-soċjetà usa.

B’riżultat ta’ dan, il-kap eżekuttiv ta’ Man United Woodward ħareġ apoloġija lill-partitarji tal-club u ħabbar li se jkun qed iwarrab mir-rwol tiegħu.

Kien l-internazzjonali Ingliż Shaw li mexxa l-oġġezzjonijiet minn ġewwa d-dressing room f’Old Trafford, waqt telefonata permezz ta’ zoom ma’ Woodward u d-direttur tal-football, John Murtough.

Shaw “emmen li hu u sħabu kienu ġew trattati bħal tfal jew, agħar minn hekk, bħala assi aktar milli bnedmin”.

Iktar minn hekk, il-players ta’ Man United kienu mħassba dwar ir-riskju għall-karrieri internazzjonali tagħhom, peress li ġie rrappurtat li l-plejers involuti fis-Super League jkunu pprojbiti milli jirrappreżentaw lill-pajjiżi tagħhom.

Huwa mifhum li Bruno Fernandes, kien ikun imbuttat biex jitlaq minn Old Trafford kieku l-pjanijiet irnexxew.

Sport