Luxol St Andrew’s rebħu l-Enemed Futsal Super Cup meta fil-finali għelbu lill-Universita’ ta’ Malta 8-2 f’partita fejn huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar. Huma skorjaw wara biss 20 sekonda logħob filwaqt li żiedu erba’ gowls oħra sa tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima, l-Universita’ naqqsu l-marġni tal-iskor għalkemm it-tim minn St Andrew’s baqgħu jiskorjaw sabiex kisbu rebħa tajba.
Jefferson Breno, Jhon Castro Pulido u Victor Dias skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Luke Gatt u awtogowl ta’ Stefan Camilleri komplew iżidu l-iskor għaċ-champions Maltin.
Steven Camilleri skorja doppjetta għall-Universita’ ta’ Malta.
Fi tmiem il-konfront, is-sur Karl Loftus uffiċjal tal-kumpanija Enemed ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Luxol Mark Zammit.