Sunday, December 22, 2024

Luxol St Andrew’s jirbħu l-Kampjonat tal-Futsal

Aqra wkoll

MFPA rebħu l-VMFA Cisk Premier League wara li kisbu l-punti li kellhom bżonn kontra Hibernians tant li rebħulhom 7-3.

Il-Malta Football Players Association kienu determinati li jiksbu r-rebħa finali u ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk. Huma kellhom lill-goalkeeper Matthew Xerxen jiskorja żewġ gowls, l-istess bħalma għamel Branko Nisevic. Gareth Sciberras, Alexander Ribic u Roderick Bajada niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Alan Tabone skorja doppjetta għall-Pawlisti b’Leandros Calleja li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Fi tmiem il-logħba, il-president tal-Malta Veterans Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-captain tal-MFPA Carlo Mamo.

Birkirkara St Helen’s għalqu l-impenji tagħhom tal-kampjonat bl-aqwa mod possibbli wara rebħa ta’ 8-6 kontra Gżira United Veterans.

Ayrton Buhagiar skorja erba’ gowls, Daniel Cremona wettaq tripletta filwaqt li Kevin Sammut skorja gowl ieħor għall-Karkariżi.

Il-Maroons baqgħu fil-logħba grazzi għat-tripletta ta’ Ian Zammit, b’David Azzopardi jiskorja doppjetta u b’Andrew Xuereb jgħaqqad is-sitt gowls għat-tim tiegħu.

Wara l-partita, Ian Zammit ġie ppreżentat bit-trofew tal-aqwa skorer tal-kampjonat meta skorja 40 gowl tul l-istaġun kollu.

F’partita waħda mill-VMFA Cisk Challenge League, Żurrieq Wolves kisbu rebħa tajba ta’ 6-2 kontra Rabat Veterans.

Josef Vassallo u Clarence John Conger Thompson skorja żewġ gowls b’Robert Zammit u Roderick Caruana li żiedu aktar gowls għaż-Żrieraq.

Joseph Caruana skorja doppjetta għar-Rabtin.

KLASSIFIKA FINALI – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

MFPA 43, Gżira United 38, Birkirkara St Helen’s 36, Hibernians Veterans 19.

KLASSIFIKA FINALI – VMFA CISK CHALLENGE LEAGUE

Rabat Veterans 23, Luxol St Andrew’s 17, Żurrieq Wolves 12.

Ekonomija

Sport