Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Ħamrun 147 A jaqbżu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A qabżu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta kisbu tliet rebħiet konsekuttivi fil-logħob li kellhom matul din il-ġimgħa.

Il-Ħamruniżi għelbu lil Cospicua Rangers 11-8 fil-konfront dirett u aktar tard lil Qormi Anici A 11-4 u San Ġwann Nick’s A 11-5 sabiex telgħu fil-quċċata.

Min-naħa tagħhom, Cospicua Rangers pattew għar-riżultat li sofrew hekk kif rebħu lil Qormi Anici B 11-5.

F’aktar logħbiet, Ħamrun 147 B saħħew it-tielet post wara li għelbu lil San Ġwann Nick’s A 11-8 u lil Qormi Anici A 11-7.

Valletta Breakwater baqgħu fir-raba’ post wara li għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa 11-9.

It-timijiet ta’ Ħamrun 147 komplew bil-ġimgħa pożittiva tagħhom meta anke fil-kampjonat reġjonali huma għandhom lit-tim C u D fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika.

It-tim C iddomina l-konfront kontra Każin Pinto Qormi A 11-0 għalkemm tilef kontra Domus Kids Żejtun A 11-7. Min-naħa tiegħu, Ħamrun 147 D għelbu lil Selmun Bar A 11-5 u lil Valletta Fossa Boys A 11-9.

Valletta Fossa Boys sofrew żewġ telfiet ta’ 11-6 kontra PL Balzan A u 11-9 kontra Selmun Bar A.

Fi grupp A tal-Community League, Qormi Anici D huma l-leaders il-ġodda wara li għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-5 u lil Selmun Bar C 11-3 fiż-żewġ logħbiet li lagħbu matul din il-ġimgħa.

San Ġwann Tiki Taka A qegħdin fit-tieni post wara li għelbu lil Birkirkara Boċċi 11-8 filwaqt li Juve Birkirkara B jinsabu fir-raba’ post hekk kif għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-6.

San Ġwann Nick’s B laħqu lil PL Balzan B fil-klassifika wara li għelbuhom 11-7.

Fi grupp B tal-Community League, il-leaders San Ġwann Tiki Taka komplew jimpressjonaw wara skor ta’ 11-8 kontra Qormi Anici C.

It-tim fit-tieni post Juve Birkirkara A xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Qormi Anici E 11-9. F’logħbiet oħra Valletta Fossa Boys B għelbu lil Selmun Bar B 11-7 filwaqt li Domus Kids Żejtun B u Taċ-Ċaċċu Qormi temmew il-konfront bilanċjata tagħhom fi draw ta’ 10-10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Ħamrun 147 A 32, Cospicua Rangers 29, Ħamrun 147 B 24, Valletta Breakwater 22, Jojo’s Birżebbuġa 13, Qormi Anici A 12, San Ġwann Nick’s 10, Qormi Anici B 5.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 28, Ħamrun 147 D 19, Domus Kids Żejtun 18, Selmun Bar A 15 , PL Balzan A 14, Valletta Fossa Boys A 9, Każin Pinto Qormi A 7.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D 37, San Ġwann Tiki Taka A 36, Birkirkara Boċċi 31, Juve Birkirkara B 24, Mrieħel Billiard 14, San Ġwann Nick’s B, PL Balzan B, 8, Selmun Bar C 5.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 38, Juve Birkirkara A 25, Valletta Fossa Boys B 24, Taċ-Ċaċċu 21, Qormi Anici E 20, Selmun Bar B 14, Qormi Anici C 8, Domus Kids Żejtun B 7.

Ekonomija

Sport