Wednesday, June 4, 2025

Lyndsay Pace tibda kapitlu ġdid

Aqra wkoll

Lyndsay Pace hija kantawtrici stabbilita li ġejja mill-gżira Mediterranja ta’ Malta. Il-passjoni tagħha għall-mużika dejjem kien evidenti minn età relativament żgħira u b’hekk iġġorr il-preżenza naturali taghha u l-abbiltajiet kunfidenti tagħha f’kull waħda mill-wirjiet li taghti fuq il-palk. Hija tiddistingwi ruħha mil-lati l-oħra fl-industrija mużikali lokali billi ġġib magħha ċerta ‘aura’, waħda professjonali li tinkorpora reżistenza, eċċitament, attitudni u enerġija pura.

Lyndsay ipparteċipat ukoll f’għadd ta’ festivals rinomati kemm lokali kif ukoll internazzjonali bħal The Malta Eurovision Song Contest, X Factor Malta, Muzika Muzika, Britain’s Got Talent, The Hartbex Carpathia Festival u The Fan Vision Song Contest biex insemmu xi ftit.

Fost ir-repertorju varjat taghha, Lyndsay Pace għadha kemm ħarġet is-single ġdida tagħha “Lullaby” li hija miktuba minn Lyndsay stess u produzzjoni ta’ Dan William Rooney inkluż il-filmat muzikali, direzzjoni u produzzjoni ta’ Safoura Naraghi.

Dan il-progett huwa propju ddedikat lit-tarbija tagħha u titratta dwar il-kapitlu ġdid f’ħajjitha bħala omm. Hija kanzunetta kemmxejn personali u emozzjonali iżda wkoll relatabbli ghal-dak li jkun. “Inhossni grata hafna ghal din l-avventura sabiha u ghadni ma nistax nemmen!”, tispjega Lyndsay.

Mill-perspettiva tagħha, l-ispirazzjonijiet ta’ Lyndsay ġejjin minn esperjenzi tal-hajja, nies li jaffettwawha b’xi mod jew ieħor, l-opinjonijiet tagħha dwar id-dinja u influwenzi minn ħafna artisti differenti.

Madankollu, din is-silta friska hija disponibbli fuq il-pjattaformi kollha tal-mużika bhal Spotify, iTunes u Apple Music. Din il-kanzunetta ġiet magħżula wkoll biex tixxandar fuq l-istazzjonijiet tar-radju ewlenin, kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna.

Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku www.lyndsaypace.com u fuq https://youtu.be/zmQ-7ePnEcU?si=grh8pe57JNLMmEc5.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport