Olympique Lyon u Paris FC ġew imkeċċija mit-Tazza Franċiża wara li l-logħba tagħhom ġiet abbandunata fil-mistrieħ meta l-iskor kien 1-1 minħabba nkwiet mill-partitarji. Barra minn hekk Paris FC ġew immultati €10,000 u Lyon €52,000 li fil-logħba kontra Marseille kienu laqtu lil Dimitri Payet bi flixkun mill-istands f’logħba minn Ligue 1.