Tuesday, May 14, 2024

Ferran Torres b’mod uffiċjali ma’ Barcelona

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Spanja, Ferran Torres, ingħaqad ma’ Barcelona mingħand Manchester City, u ffirma kuntratt sa Ġunju 2027 bi klawsola ta’ xiri ta’ €1 biljun (£842 miljun).

Barca se jħallsu £8.4 miljuni f’żidiet oħra iżda jridu jbiegħu xi players biex jikkonformaw mar-regolamenti finanzjarji ta’ La Liga.

Il-club kapaċi jiffinanzja l-ftehim min­kejja l-problemi finanzjarji attwali tiegħu grazzi għal self bankarju riċenti.

L-internazzjonali Spanjol għamel 43 dehra u skorja 16-il goal għas-City minn meta ngħaqad magħhom mingħand Valencia f’Awwissu 2020 għal £46.3 miljuni.

Sport