Saturday, May 4, 2024

Organizzat kors tal-Grassroots Leaders miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA

Aqra wkoll

Total ta’ 39 coach emerġenti ħadu sehem fil-kors Grassroots Leaders organizzat miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA.

L-edukazzjoni dwar it-taħriġ hija parti mill-għan 1 fl-Istrateġija tal-MFA peress li għandha l-għan li tibni mill-qiegħ u ssostni dan ix-xogħol mar-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tagħha. Għalhekk huwa imperattiv li wieħed jiffoka fuq il-coaching bażiku. L-edukazzjoni dwar it-taħriġ qed issir għodda kumplimentari kruċjali fil-kisba tal-filosofija tal-logħob unifikata li qed tipproponi l-istrateġija tal-MFA.

Il-parteċipanti tal-kors ivarjaw minn ex players għal nies li jixtiequ jieħdu rwol aktar attiv fil-logħba. Il-kors ta’ 20 siegħa huwa l-ewwel livell fil-passaġġ tat-taħriġ u għalhekk jipprovdi l-ħiliet bażiċi fil-coaching, immirat għall-players sa disa’ snin. Il-kors li sar fit-tieni ġimgħa ta’ Diċembru kellu kemm sessjonijiet teoretiċi kif ukoll prattiċi. Dawk fil-pussess ta’ Ċertifikat tal-Kors ta’ Grassroots Leaders jistgħu jgħinu lill-coaches fin-nurseries lokali tal-football u eventwalment japplikaw biex jinkitbu fil-kors tal-UEFA.

Sport