Saturday, April 26, 2025

“Ma ħarisx lejna minn fuq iżda għex fostna”

- David Yambio, immigrant li ħarab mil-Libja

Aqra wkoll

Immigrant li ħarab mil-Libja u llum il-ġurnata huwa attivist favur l-immigranti, David Yambio, iddeskriva lill-Papa Franġisku bħala persuna li ma ħaris lejna minn fuq iżda għex fostna. “Meta f’Novembru tal-2023 iltqajna miegħu, laqgħana b’imħabba u ra l-umanità tagħna mentri oħrajn rawna bħala speċi ta’ nies li ma jridux fosthom. Illum se nagħtu l-aħħar tislima lil raġel li mexa spalla ma’ spalla mal-fqir, mal-eżiljat u ma’ dawk minsija,” spjega Yambio.

Huwa qal li l-Papa Franġisku sab il-ħin jisma’ l-istejjer tal-immigranti f’dinja li ħafna drabi ssikkithom u “għal dan inħoss dieqa kbira imma sens ta’ gratitudni kbira lejh”.

David Yambio sellem il-memorja tal-Papa Franġisku bil-kiem, “strieħ fis-sliem Santa Pater. L-imħabba tiegħek mhux se tkun minsijja minn dawk li inti lqajt”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport