“Ma,Int ħabbejt il-ħajja u dak kollu li ħalaq Alla. Kont tapprezza l-onestà, il-pożittività, ir-rieda tajba lejn ħaddieħor u li l-umoriżmu jista’ jfejjaq il-feriti. Kull fejn mort ittrattajt lin-nies b’rispett u smajt l-istorja tagħhom”.
Dan kien il-messaġġ li wasslet Amy Azzopardi fuq il-midja soċjali, hekk kif is-Sibt filgħodu ngħatat l-aħħar tislima lil Mildred Azzopardi, il-mara ta’ 62 sena residenti l-Ħamrun li tilfet ħajjitha wara li nqabdet bejn żewġ vettui fil-Belt Valletta.
Fl-istess messaġġ, Amy qalet li ommhom ħabbithom u li kienet tagħmel minn kolllox biex tara lil uliedha kuntenti u li ħabbet ħafna lin-neputijiet Ian, Ela, Teo u Louie li għaliha kienu għeżież.
Qalet ukoll; “Ilkoll se nimmissjawk ma. Int kont mara b’ċerti valuri. Int għallmitna dixxiplina u kull ma għamilt kien għall-ġid tagħna stess. Nixtiequ li konna bdilna fehmtek u bqajna d-dar dak il-lejl. Ħabbejtna bla kundizzjonijiet, għax għada mhux imwiegħed. Dak kollu li aħna huwa grazzi għalik, u nwegħduk li se ngħadduh lil uliedna”.
B’referenza għaliha u għal ħutha, Azzopardi irrimarkat li huma xtaqu li kellhom iċ-ċans li jmorru naraw inżul ix-xemx flimkien, li jmorru jgħumu fil-baħar, jew sempliċement li jpejjpu sigarett fil-ġnien, jaqbdu xi diskursta u joqogħdu jidħku.
Tenniet il-messaġġ billi qalet; “Kieku l-papà seta’ jkun hawn magħna, kien jgħid li jħobbok u li int id-dinja għalih. Ma jkun xejn mingħajrek, imma issa nwegħduk li se nkunu hemm għalih”