B’kollox hemm 14,473 vot li baqgħu ma nġabrux għall-elezzjoni ġenerali ta’ għada. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017 kien hemm total ta’ 8,372 dokument li ma nġabrux. Ta’ min jinnota li n-nies eleġibbli biex jivvotaw fl-2017 kienu 13,000 inqas minn dak eleġibbli llum.
Ħarsa lejn id-distretti u l-persentaġġ ta’ kemm ma nġabrux dokumenti tal-voti, wieħed jinnota li l-aktar distretti fejn fihom ma nġabrux huma distretti li tradizzjonalment huma Nazzjonalisti.
Fil-fatt fit-12-il Distrett, li jinkludi l-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, ma nġabrux total ta’ 2,529 dokument tal-vot (9%). Warajh hemm l-10 Distrett, li jinkludi n-Naxxar (parti), Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Pembroke, San Ġiljan, Paceville (San Ġiljan) u Tas-Sliema, b’total ta’ 1,876 (7%)
L-1 Distrett | 1052 | 4.10% |
It-2 Distrett | 858 | 3.20% |
It-3 Distrett | 1,110 | 4% |
Ir-4 Distrett | 746 | 2.8% |
Il-5 Distrett | 694 | 2.6% |
Is-6 Distrett | 557 | 2% |
Is-7 Distrett | 693 | 2.5% |
It-8 Distrett | 822 | 3.10% |
Id-9 Distrett | 1,255 | 4.80% |
L-10 Distrett | 1,876 | 7% |
Il-11-il Distrett | 839 | 3.10% |
It-12-il Distrett | 2,529 | 9% |
It-13-il Distrett | 1,442 | 4.7% |