Friday, December 27, 2024

Ma jirriżultax li kien hemm tibdil fil-marki ta’ studenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qed tippubblika b’mod sħiħ ir-Rapport tal-Inkjesta dwar ir-riżultati tal-eżamijiet annwali ta’ Year 11. Ir-rapport jgħid ċar li ma jirriżultax li kien hemm tibdil fil-marki ta’ dawn l-eżamijiet annwali ta’ Year 11.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni kienet ħatret bord ta’ inkjesta indipendenti biex jinvestiga allegazzjonijiet tal-Union tal-Għalliema, l-MUT, li fir-riżultati tal-eżamijiet imsemmija kien hemm tibdil fil-marki.

Wara dan ir-rapport, il-Ministru Justyne Caruana qalet li hija sodisfatta li r-rapport jgħid ċar li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-marki. Hija qalet li ir-rapport jagħti diversi rakkomandazzjonijiet għal titjib li għandu jkun hemm fis-sistema, u filwaqt li se tanalizzahom, se tara wkoll li dawn ikunu implimentati kemm jista’ jkun malajr.

Ekonomija

Sport