Il-ġenituri Rose u Donald, li ġew imċaħħda milli jidħlu fejn binhom fl-aħħar jiem tiegħu
Minn Victor Vella
“Din għalik ibni. Iġġilidna sal-aħħar biex inkunu miegħek. It-tbatija li għaddejna minnha u li għadna qed inbatu minnha għax ġejna imċaħħdin milli nkunu miegħu fl-aħħar jiem u sigħat ta’ ħajtek, hi kbira. Ma kinx jistħoqqlok tmut qalb l-istranġieri. Inti kellek tkun imdawwar b’dawk li jħobbuk. Kellek tkun imdawwar bina u bid-dmugħ tagħna. Daħluna l-ICU meta kien tard wisq. M’hemmx ġustifikazzjoni għal dan. Inħobbuk Ben. Iġġilidna għalik”.
Dan l-appell imqanqal sar minn omm u misssier Ben Stylo Cassar, żagħżugħ li fl-aħħar sigħat miet fi sptar fl-Awstralja waħdu, imċaħħad mill-ġenituri. Il-ġenituri ta’ Ben li huma ta’ dixxindenza Maltija, tant li n-nanniet huma Maltin b’waħda minnhom residenti f’Malta. Il-ġenituri tiegħu qed ikomplu bil-ġlieda tagħhom u din iid-darba mhux għalihom imma biex. ħadd ma jgħaddi mill-esperjenza tagħhom. Hu qed jiġbru petizzjoni biex jinbidlu ir-regolamenti tal-ICU u b’hekk ħadd ma jgħaddi mill-esperjenza trawmatika li għaddew minnha huma.
Ben Stylo Cassar, żgħażugħ ta’ 28 sena miet nhar l-Erbgħa fi sptar f’Melbourne l-Awstralja. Hu miet fit-taqsima tal-kura intensiva. Il-każ qajjem kontroversja għax il-ġenituri tiegħu ġew mċaħħdin milli joqogħdu maġenbu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjet binhom minħabba l-miżuri b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.
Il-ġenituri tiegħu Rose Cassar u Donald Borg fl-aħħar jiem b’mod kontinwu appellaw lill-awtoritajiet tas-saħħa biex irattbu l-miżuri kontra l-Covid19 għal dawk il-ġenituri bħalhom li wliedhom jinsabu rikoverati f’qagħda kritika fi ħdan it-taqsima tal-kura intensiva. L-appelli tagħhom iżda ma intlaqgħux.
Ommu ddikjarat li l-aħħar darba li kienet ratu kiien meta ddaħħal l-isptar is-Sibt ta’ qabel miet.
Ben Stylo kellu kundizzjoni li minn madwar id-dinja huma 5 li nstabu biha. Din taffetwa l-immunità.
Tieħdu l-isptar iżda Ben jivvinta skuża biex ma jżommuhx
Waħda mill-ġlidiet ta’ din il-familja mal-awtorità tal-isptar f’Melbourne kienet dik li sa issa ir-regoli ma jagħtux l-opportunità li pazjenti bħal ma kien Ben u oħrajn bħalu, ikollhom ‘carer’ l-ħin kollu magħhom.
Ben kien konxju ħafna ta’ dan il-fatt. Tant li riċentament meta ttieħed l-isptar, hu vvinta skuża biex jibagħtuh id-dar.
Filfatt lejn l-aħħar ta’ Awwissu hu kienet ittieħed l-isptar ma kienx qed jieħu nifs tajjeb. Meta ommu bdiet tispjega x’kienet qed tara ħażin fin-nifs, Ben ikun pront jgħidilhom li kien minħabba l-maskra li ma kienx qed jieħu nifs sew. Minħabba dan intbagħat lura lejn id-dar. Biss meta waslu, Ben qal lil ommu li mhux minnu li kien qed ibati biex jieħu nifs minħabba l-maskra. Hu kien qed jibża li jiddaħħal l-isptar u jkun waħdu bla ‘carer’.