Friday, April 19, 2024

AĠĠORNAT: Mara anzjana tinstab mejta f’darha wara li tiġi attakkata minn klieb fl-istess residenza

Aqra wkoll

Mara anzjana nstabet mejta fid-dar tagħha fi Triq Antonio Sciortino, l-Imsida. Għadu mhux magħruf kemm l-anzjana, li huwa mifhum li kellha 96 sena, kienet ilha mejta.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-mara ta’ 94 sena residenti l-Imsida u kif ukoll kelb kienu ġew attakkati minn żewġt iklieb oħra li kienu fl-istess residenza.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassistu u tim medika ġie msejjaħ ukoll sabiex jagħti l-ewwel assistenza medika. Sfortunatament, il-mara u kif ukoll il-kelb ġew iċċertifikati mejta fuq il-post.

Bil-każ infetħet Inkjesta mmexxija minn Dr Charmaine Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport